Konna se nispiccaw b'kont ta' €22 miljun f’apparat skadut - Fearne

Intervista esklussiva ma' Chris Fearne

“Sir Anthony Mamo - l-isptar tal-onkoloġija l-ġdid, tant kien ilu biex jinbena milll-Gvern Nazzjonalista li l-apparat li kien diġà ordnat għalih laħaq qdiem għall-ħtiġijiet tal-lum. Il-Gvern il-ġdid waqqaf din l-ordni u xtara l-aktar linear accelerators moderni. Kieku m’għamilniex hekk kien ikollna nibdlu dawn il-magni fi żmien qasir bi spiża ta' €22 miljun. Sptar state-of-the-art mhux il-bini biss jagħmlu iżda l-apparat modern u s-servizzi.” Dan qalu s-Segretarju Parlamentari għas-Saħħa Chris Fearne meta kien qed jitkellem waqt intervista esklussiva mal-ILLUM.

 

Chris Fearne qal li l-apparat mediku illum jinbidel kull tant żmien hekk kif l-avvanzi fil-qasam tas-saħħa japplikaw ukoll fl-apparat li jintuża u għalhekk joħroġ makkinarju aktar sofistikat. Qal li l-fatt li l-amministrazzjoni ta’ qabel damet biex bniet dan l-isptar, maħsub għal pazjenti bil-kanċer, seta sewa lill-gvern miljuni ta’ ewro. “Dan għax ma’ pazjenti bil-kanċer ma tistax tiċċajta u l-kura trid tkun waħda mill-aqwa u għalhekk l-gvern  xtara l-apparat kollu li hu mgħammar bl-aħħar teknoloġija.”

 

Ara l-intervista sħiħa fil-ħarġa tal-ILLUM

More in Politika