F’intervista li ta’ lil gazzetta oħt MaltaToday, Falzon iddikjara li hu qatt ma rċieva flus mingħand Mark Gaffarena għall-kampanja elettorali tiegħu. Mark Gaffarena hu fiċ-ċentru ta’ kontroversja nazzjonali wara li ngħata kumpens bħala artijiet għal farka ta’ propjetà fil-Belt Valletta. Falzon bħala segretarju parlamentari qed jinsisti li għamel kollox kif suppost u li mexxa wara l-protokol li kien stabbilit minn ta’ qablu. Apparti intervista estensiva fil-gazzetta MaltaToday, għada Falzon ser ikun qed jiltaqa’ ma’ Jason Azzopardi fil-programm ta’ diskussjoni Reporter, immexxi minn Saviour Balzan li jixxandar fuq TVM2 fuq 8.40pm, b’ripetizzjoni t-Tlieta fuq l-istess stazzjoni fl-istess ħin.