Waqqfu l-monstrożità li qed tinbena f'Haywharf minnufih - AD

Jgħidu li l-permess għandu jiġi rtirat

 "Nappellaw lill-awtoritajiet biex iwaqqgħu minnufih il-bini u jħottu il-konkrit li qiegħed għarraq is-swar tal-Belt, li hija rikonoxxuta bħala wirt arkitettoniku dinji.  Il-gvern Malti ma jistax ikompli juza l-flus tat-taxxi tal-Maltin biex ikisser il-wirt komuni storiku u arkitettoniku tagħna.  L-Awtoritajiet tal-Unjoni Ewropea għandhom ukoll jinvestigaw jekk qed jintuzawx it-taxxi tat-taxpayer Ewropew biex ikerrħu l-Belt u l-Furjana".

Dan qalu Arnold Cassola, ic-chairperson tal-Alternattiva Demokratika, għal dak li ġie deskritt bħala "monstrożità li qed tinbena f'Haywharf quddiem is-swar tal-Belt u tal-Furjana."

Carmel Cacopardo, id-Deputat Chairperson u kelliem għall-iżvilupp sostenibbli qal li t-trattament preferenzjali li jingħata lill-Armata  fil-proċess tal-ippjanar minħabba raġunijiet ta' sigurtà nazzjonali qed jiġi abbużat. Il-permess għandu jiġi rtirat minnufih."

F'dan il-proġett, se jsir titjib tal-Bażi Marittima tal-Forzi Armati f'Haywharf.

 

More in Politika