F'intervista ppublikata fil-ġurnal ILLUM il-Ministru għall-Familja u Politika Soċjali Michael Farrugia jiżvela kif il-Gvern għandu pjanijiet biex jiftaħ l-ewwel ċentru ta' kura u rijabilitazzjoni għal dawk iż-żgħażagħ u adulti li jabbużaw mid-droga. Mal-ġurnalis tal-ILLUM John Busuttil huwa jfakkar fil-ħidma tal-Gvern f'dan il-qasam u jiżvela wkoll kif iċ-ċentru se jkun maqsum f'żewġ partijiet; dik għal dawk il-vittmi tad-droga ta' taħt it-18-il sena u l-adulti. Dan il-post ta' kura u rijabilitazzjoni mistenni jkun fiċ-ċentru tal-pajjiż u m istenni wkoll li jservi ta' post fejn min imur jitgħallem snajja u ħiliet differenti.
Biex taqra aktar dwar dak li żvela il-Ministru Farrugia ara l-intervista sħiħa fuq il-ġurnal ILLUM