L-MFA qatt ma indikat każ wieħed ta’ suspett lill-Awtorità tal-Gaming

Iċ-Ċermen tal-awtorita' jitlob għal aktar għajnuna, minflok akkużi mill-MFA

l-istadium tal-MFA f'Ta Qali
l-istadium tal-MFA f'Ta Qali

“L-MFA qatt ma indikat każ wieħed ta’ suspett lill-Awtorità.” Dan qalu, Joseph Cuschieri , iċ-ċerman eżekuttiv tal-Awtorità tal-Gaming, fejn qal lill-ILLUM li ħassha inġusta li uffiċċjali tal-MFA akkużaw lill-awtorità li mhux qed isibuha biex tgħinhom fil-ġlieda tagħhom kontra l-korruzzjoni. “L-ewwel ħaġa rrid ngħid li l-imħatri fuq il-partiti lokali huma minimi meta mqabbla ma’ dawk barranin. Hi biss farka meta mqabbla ma’ dak barrani. Iżda xorta jibqa’ fatt li huma l-MFA li jridu jmexxuna u jindikawlna liema partiti jkunu jriduhom moniterati għax ikun hemm xi suspetti. Fil-fatt dan nagħmluh mal-UEFA u l-FIFA fejn dawn jindikawlna partiti u min-naħa tagħna ngħaddu l-informazzjoni lill-operaturi tagħna biex joqogħdu b’seba’ għajnejn fuq dawn il-partiti. Ġieli anke l-imħatri fuqhom twaqqaf meta l-operaturi jaraw li hemm ċert imħatri milgħubha mhux tas-soltu.

Aqra iktar fuq il-ħarġa tal-ġurnal ILLUM

More in Politika