[FILMAT] Il-ftehim ma' Sadeen se jkun ippubblikat

Il-PM jindika" kompromess"' fejn il-kampus tal-Università Amerikana ta' Malta jkun maqsum f'żewġ żoni

L-iffirmar tal-Heads of Agreement ma' Sadeen
L-iffirmar tal-Heads of Agreement ma' Sadeen

Il-Prim Ministru Joseph Muscat f'kummenti lill-ġurnalisti għamilha ċara li l-Gvern se jkun qed jippubblika l-ftehim ma' Sadeen "f'ħinu u f'waqtu" bħal ma dejjem għamel. Huwa ta' indikazzjoni ċara li l-kompromess li l-Gvern jixtieq li jintlaħaq huwa li parti mill-kampus propost jibqa' f'Wied il-Għajn u parti oħra jmur post ieħor. 

Il-kummenti tal-Prim Ministru lill-ġurnalisti

Matul l-aħħar ġimgħat Muscat kien ċar li filwaqt li l-Gvern huwa miftuħ għal diskussjoni dwar is-sit, l-investiment "se jsir u se jsir fin-naħa t'isfel ta' Malta."

More in Politika