L-Ungerija tissospendi ftehim essenzjali tal-UE dwar l-immigrazzjoni

Il-pajjiż ra żieda kbira fl-immigranti f'dawn l-aħħar snin
 

Il-pajjiż ra żieda kbira fl-immigrazzjoni
Il-pajjiż ra żieda kbira fl-immigrazzjoni

L-Ungerija ssospendiet ftehim essenzjali mal-UE dwar l-ażil tal-immigranti. Din ir-regola tistipula li l-pajjiż irid jieħu lura dawk li qed ifittxu l-ażil li jkunu daħlu fl-Ewropa permezz tal-fruntieri ta' dak l-istess pajjiż.

Kelliem għall-gvern qal li l-pajjiż qed jegħreq fil-problema tal-immigrazzjoni illegali, fejn qal li l-ftehim ħa jiġi sospiż għal żmien indefinit. Din kienet deċiżjoni li diġà qajmet kontroversja fi Brussell.

Skont il-Ministru għall-Affarijiet Interni, il-pulizija sabu aktar minn 60,000 immigrant jipprovaw jaqsmu l-fruntiera mis-Serbja.

L-Unjoni Ewropea talbet lill-Ungerija tiċċara l-pożizzjoni tagħha u liema miżuri qed jittieħdu sabiex tissolva din il-kwistjoni.

Dan kollu jiġi ġimgħa biss qabel li l-mexxejja Ewropej ħa jiddiskutu pjanijiet dwar kif ser jitqassmu dawk li qed ifittxu l-ażil mill-Greċja u l-Italja.

 

More in Politika