3,457 ibbenefikaw minn 'child care' b'xejn minn Jannar

b'nefqa totali ta' €5.6 miljun

Mill-ewwel ta' Jannar sal-15 ta' Ġunju kienu 3,457 b'kollox dawk it-tfal li ibbenefikaw minn child care b'xejn bil-pajjiż joħroġ €5.6 miljun biex ikun jista jingħata dan is-servizz. Is-servizz ta 'child care' kien introdott f'April tal-2014, hekk kif kien mwiegħed mill-Partit Laburista qabel l-aħħar elezzjoni bil-għan ewlieni jkun li jiżdiedu dawk in-nisa li jidħlu fid-dinja tax-xogħol. Fil-fatt huma biss dawk il-ġenituri li għandhom impjieg li jistgħu jibbenefikaw minn din il-miżura.

Din l-informazzjoni ingħatat fil-Parlament mill-Ministru għax-Xogħol u Edukazzjoni Evarist Bartolo għall-mistoqsija tad-Deputat Laburista Anthony Agius Decelis.

More in Politika