
Pietru Pawl Zammit jiċħad li għadda xi informazzjoni
[AĠĠORNAT] Il-PN jgħid li l-eks Kummissarju nqabad f'att ta' abbuż tal-poter li tah Joseph Muscat

More in Politika
[AĠĠORNAT] Il-PN jgħid li l-eks Kummissarju nqabad f'att ta' abbuż tal-poter li tah Joseph Muscat
[AĠĠORNAT]
F'konferenza tal-aħbarijiet ftit tal-ħin ilu l-Partit Nazzjonalista qal permezz tal-Viċi Kap għall-Ħidma fil-Partit Beppe Fenech Adami li huwa tal-mistħija kif Joseph Muscat u Toni Abela nfexxew f'attakk fuq tliet ħaddiema li għandhom twemmin politiku nazzjonalista u għax kienu qed jgħinu lil Deputat tal-Oppożizzjoni. Fenech Adami qal li dawn spiċċaw mgħajra bħala spjuni għax għandhom twemmin politiku differenti.
Il-Kelliem qal "Minn naħa l-oħra Joseph Muscat għażel li jibqa jiddefendi lil Pietru Pawl Zammit li f'sena pprova jħammeġ Spettur li kien ressaq persuna li ammettiet u nstabet ħatja ta' hold-up; Ħa passi kriminali kontra l-ġurnalist Norman Vella u akkużah li għadda ritratti lill-blogger, meta dan irriżulta li ma kienx minnu; Waqqaf proċeduri kriminali kontra persuna li allegatament ħebbet għal pulizija fl-Għassa ta' Ħaż-Żabbar; Waqqaf proċeduri biex ma tkunx akkużata persuna b'allegat tixħim ta' €60 miljun; U issa nstab ħati li taħtu, ġew illeakjati dettalji personali mill-file ta' Spettur tal-Pulizija lill-midja."
Fenech Adami kompla jgħid li Joseph Muscat għażel il-ħbiberija tiegħu ma' Pietru Pawl Zammit u qed iħalliħ jokkupa l-kariga ta' kap tas-sigurtà taċ-CHOGM.
----------------------------------
AKTAR KMIENI
L-eks Kummissarju tal-pulizija Pietru Pawl Zammit ċaħad dak li ntqal mill-Kummissarju għall-Protezzjoni tad-Data u saħaq li hu qatt m’għadda ebda nformazzjoni lill-midja fuq il-file tal-ispettur Elton Taliana.
Zammit qal li lest jieħu azzjoni legali kontra d-Deputat Nazzjonalista Jason Azzopardi wara l-kummenti tiegħu fejn allega li Zammit kien responsabbli tal-informazzjoni li ħarġet.
Ir-rapport tal-investigazzjoni jikkonferma li l-file ta’ Taliana kien fil-fatt fl-uffiċċju ta’ Zammit bejn is-sajf tal-2013 u Lulju 2014 meta l-istess Zammit irriżenja minn kummissarju. L-investigazzjoni iżda ma rnexxiliex tasal għal konklużjoni dwar min kien wassal biex ħareġ id-dokumenti li kienu ppreżentati mill-MaltaToday fil-qorti f’Marzu ta’ din is-sena f’evidenza fil-każ ta’ malafama mressaq minn Taliana.
Taliana kien imwissi mill-Bord tal-Pulizija wara li naqas li jinforma lis-superjuri tiegħu dwar żball fl-arrest ta’ persuna b’oħra wara serqa.
Intant, il-gazzetta Times of Malta irtirat u talbet apoloġija wara l-istorja tal-bieraħ li kienet tgħid ‘L-eks Kummissarju tal-Pulizija ikkopja dokumenti llegalment’.