e-mejls li jixhdu li l-PN mhux kuntenti li l-ekonomija sejra tajjeb
Lawrence Zammit jagħti parir lil Tonio Fenech biex jistennew l-aħbar ħażina ħalli jagħtu d-daqqa mortali
More in Politika
Lawrence Zammit jagħti parir lil Tonio Fenech biex jistennew l-aħbar ħażina ħalli jagħtu d-daqqa mortali
Aħbar li ħarġet fuq l-istazzjon tal-Partit Laburista, ONE turi li l-membri fil-grupp ta' Tonio Fenech xejn ma kienu qed ikunu sodisfatti meta joħorġu aħbarijiet pożittivi dwar Malta. Huma pprubblikaw diversi e-mejls li aħna qegħdin nirriproduċu hawn fejn nies bħal Keith Zahra eks uffiċċjal tal-kommunikazzjoni ta' Fenech bagħat informazzjoni lil Tonio Fenech wara li uża s-servizzi finanzjarji ta' fejn jaħdem li juru tbassir pożittiv għal Malta fejn Fenech wieġbu li m'hemmx x'tikkumenta fuqu.
L-opinjonista u eks chairman ta' diversi entitajiet taħt il-gvern Nazzjonalista Lawrence Zammit qabel ma' Fenech qallu li xogħlhom hu li jistennew l-aħbar ħażina ħalli imbagħad jagħtu d-daqqa mortali.
Chris Pace manager tal-istatistika tal Bank Ċentrali bagħat e-mejl ta' dak li kienet qed tgħid l-Kummissjoni Ewropeja u Tonio Fenech wieġbu li l-Kummissjoni ewropeja qed tkanta l-kanzunetta tal-gvern Laburista Malti.
F'emejl oħra ppublikata turi li Tonio Fenech ried iwassal l-messaġġi tiegħu barra minn xtutna meta talab lil Keiuth zahra li jikteb stqarrija bl-Ingliż ħalli tinqabad mil-Eurostat.