Proposta biex il-Privileġġi Parlamentari ma jibqgħux assoluti

Fuq il-programm Reporter tal-bieraħ l-Ispeaker Anġlu Farrugia jipproponi sistema ta' rimedju għal dawk li jħossuhom aggravati minn kummenti li jsiru fil-Parlament 

L--Ispeaker Anġlu Farrugia
L--Ispeaker Anġlu Farrugia

Fuq il-programm Reporter tal-bieraħ l-Ispeaker tal-Kamra tar-Rappreżentanti Anġlu Farrugia żvela l-proposta tiegħu biex  il-privileġġi Parlamentari, filwaqt li jibqgħu, ikunu taħt skrutinju jekk ikun meħtieġ jew ikun hemm it-talba biex isir dan. Il-proposta ta' Farrugia tfisser li f'każ li persuna jew entita' tħossha aggravata minn kummenti jew allegazzjonijet fil-Parlament din tkun tista twassal dan l-ilment lilu għal skrutinju u kunsiderazzjoni.

Dan jista jfisser li b'din il-proposta l-Membri Parlamentari jkollhom joqgħodu aktar attenti qabel jgħaddu kummenti fil-Parlament hekk kif huwa possibbli li l-privileġġ li għandhom ma jibqax wieħed assolut u sagrosant.

l-Ispeaker tkellem dwar diversi punti oħrajn fosthom il-komportament tal-MPs fil-Parlament.

 

More in Politika