It-toroq t'Ateni jilqgħu eluf fi protesti kontra l-proposti Ewropej

L-għajta ta' dawk preżenti kienet favur vot LE fir-referendum ta' nhar il-Ħadd li ġej

Mara tipprotesta lbieraħ f'Ateni
Mara tipprotesta lbieraħ f'Ateni

it-toroq tal-Greċja matul il-ġurnata tal-bieraħ imtlew b'eluf ta' nies li ħarġu jipprotestaw u juru l-għadab tagħhom għal proposti tal-UE. Il-maġġoranza ta' daqk li niżlu fi protesta kellhom messaġġi ċari li huma u l-bqija tal-Griegi ma jifilħux aktar awsterita'. Persuna li tkellmet mas-sit The Telegraph qalet illi b'miżuri iebsin, aktar minn dawk li diġa ittieħdu "se nispiċċaw nieklu miż-żibel". Raġel li tkellem mal-istess sit qal li issa huwa ż-żmien li "nqumu u ngħidu le".

Ir-referendyum ta' nhar il-Ħadd se jkun il-vuċi tal-Griegi favur jew kontra l-proposti tal-UE għall-pajjiż. Il-Prim Ministru Grieg Tsipras diġa għamilha ċara li għalih dak li qed toffri l-UE lill-pajjiżu mhux aċċettabbli u huwa "umiljanti".Il-ħaddiema Griegi ilhom ibatu minn qtugħ fil-pagi, telfien ta' xogħol u faqar għal dawn l-aħħar snin u kif mistenni huma ħafna dawk li jħossu li ma jifilħux aktar. Dan kollu qed iseħħ fid-dawl tal-fatt li l-banek Griegi qed iħallu lill-klijienti tagħhom jiġbdu sa mhux aktar minn €60 kuljum u li numru minnhom se jibqgħu magħluqin sal-għada tar-referendum ta' nhar il-Ħadd.

Tista tara l-vidjow tal-protesti fuq dan is-sit;  http://www.telegraph.co.uk/news/worldnews/europe/greece/11707333/Glastonbury-comes-to-Greece-festival-like-atmosphere-at-huge-anti-bailout-protest.html

More in Politika