Ir-roaming charges se jispiċċaw fi żmien sentejn

Marlene Mizzi ġġieldet bis-sħiħ dwar dan id-dritt gġal konsumatur u Roberta Metsola laqgħet din l-aħbar bil-ferħ

 Numru ta' Membri Parlamentari Ewropej, inkluz l-MEP Mizzi, kienu direttament involuti fin-negozjati mal-presidenza fir-rigward l-hekk imsejħa Telecom Single Market Drama biex jippruvaw jikkonvinċu l-Istati Membri biex jipprojbixxu tariffi tar-roaming u jinkludu salvagwardji xierqa għall-internet miftuħ.
 
L-Ewroparlamentari Laburista Marlene Mizzi hija l-kelliema ewlenija kif ukoll s-Shadow Rapporteur ghall- kumitat IMCO fuq dan il-fajl ferm importanti għall-konsumaturi Maltin li jittratta  fuq ir-roaming charges u l-prinċipju importanti tan- newtralità tal-internet, li mhux biss se jipproteġi lill-konsumaturi billi jipprovdilhom aċċess ugwali u mhux diskriminatorju ghall- uzu tal-internet iżda se jgħinu wkoll start-ups innovattivi biex jiżviluppaw fis-suq.

 
"Għalija huwa assolutament importanti li l-konsumaturi jkunu mgħammra bl-għodda rilevanti biex jiġi żgurat li d-drittijiet tagħhom ikunu mharsa kif misthoqq. Waqt in-negozjati, li  ta' min jghid li kienu ta' sfida, l-ghan aħħari tiegħi huwa li jiġi żgurat li l-konsumaturi jkollhom informazzjoni u trasparenza suffiċjenti flimkien mar-rimedji neċessarji biex jipproteġu d-drittijiet tagħhom. Jekk il-konsumaturi jkunu mghotija ċerti servizzi,  certi rimedji għandhom ikunu fis-seħħ għall-protezzjoni tagħhom.”
 
L-MEP Mizzi qalet li prijorità ohra ghaliha hija li jkun żgurat li l-konsumaturi jibqgħu jirċievu SMSs u telefonati anki wara li jintlaħaq il-limitu finanzjarju. Il-konsumaturi għandu jkollhom l-għodda biex jikkontrollaw il-konsum tagħhom, sabiex ikunu jistgħu jevitaw li jħallsu kontijiet xokkanti fl-aħħar tax-xahar. Konsumaturi Maltin jistħoqqilhom li jaghmlu uzu massimu tar-roaming u jħallsu eżattament l-istess għat-telefonati li jaghmlu, ikunu fejn ikunu fl-Unjoni Ewropea.

Sadattant il-bieraħ l-Unjoni ewropea qablet li r-roaming charges se jintemmu fi żmien sentejn, fejn se jitnaqqsu drastyikament sas-sena d-deieħla u jintemmu għal kollox fis-sena 2017. Issa dan it-trawgard jonqsu t-timbru tan-nazzjonijiet tal-Ewropa u l-parlament sħiħ.

Roberta Metsola wkoll ħarġet stqarrija li laqgħet bil-ferħ dan il-ftehim li għandu jgħin lil konsumatur Malti li jsiefer u juża l-mobile kulmeta jkun barra mil-gżira.

More in Politika