L-attakki li seħħew fil-belt ta’ Istanbul fuq il-parteċipanti tal-Gay Pride wasslu għal kundanna minn eluf ta’ nies minn madwar id-dinja.
Fit-Turkija, il-Gay Pride ilha tiġi organizzata għal dawn l-aħħar snin u t-Turkija kienet meqjusa bħala l-pajjiż l-aktar tolleranti f’dan l-aspett speċjalment għall-fatt li hu pajjiż li jħaddan ir-reliġjon musulmana.
Iżda din is-sena l-gvern iddeċieda fl-aħħar mumenti li jikkanċella l-attività għax qal li taħbat max-xahar tar-Ramadam, liema xahar hu meqjus bħala fost l-aktar xahar importanti għall-musulmani.
Id-deċiżjoni tal-gvern li jikkanċella kienet fl-aħħar minuta tant li n-nies kienu ppreparati biex jiċċelebraw u hekk għamlu iżda ħin bla waqt sabu l-pulizija armata li sparaw għad ta’ bullets tal-lastiku fuqhom u kif ukoll pepper spray u kanuni tal-ilma sabiex jifirdu lil dawk li kienu qed jimmarċjaw fit-toroq viċin il-pjazza Taksim.
Dawn ir-ritratti juru xeni ta’ wħud li kienu qed jipparteċipaw fil-Gay Pride.