[Aġġornat] Qed inħallsu għall-oxxenitajiet ta' Mintoff - Jason Azzopardi
Jisfida lill-Prim Ministru biex jippublika l-fajls kollha relatati ma' kumpens ta' €400,000 lil Michele Peresso fl-2012
More in Politika
Jisfida lill-Prim Ministru biex jippublika l-fajls kollha relatati ma' kumpens ta' €400,000 lil Michele Peresso fl-2012
L-ILLUM għamel kuntatt mal-Kelliem Nazzjonalista għall-Ġustizzja Jason Azzopardi dwar storja ppublikata fuq il-ġurnal Malta Today tal-bieraħ dwar art fl-Imtaħleb li kienet proprjeta' ta' Michele Peresso u li ttieħdet mingħandu fl-1974 biex kienet mibnija triq. Din kienet ivvalutata għal madwar €60,000 mid-Dipartiment tal-Artijiet tal-Gvern, għalkemm Peresso spiċċa ngħatata s-somma globali ta' €400,000 Nazzjonalista.
Azzopardi beda billi qal illi dan il-każ mhu xejn għajr ħlas lura għal oxxenita' li saret fiż-żmien il-Gvern Laburista ta' Mintoff u sostna li minflok jitkaża l-Gvern preżenti "għandu jitlob skuża għal oxxenita' ta' Mintoff li qed inħallsu għaliha llum". Dwar il-kuntratt dwar l-art fl-Imtaħleb Azzopardi saħaq għal bosta drabi l.i l-prim Ministru Joszeph Muscat għandu jippublika l-fajls kollha, mhux partijiet minnhom biss.
Mistoqsi kif jispjega id-diskrepanza bejn dak ivvalutat mill-Lands Department u dak li attwalment kien mħal;las huwa ddeskriva bħala "gidba" li l-art ġiet ivvalutata b'€60,000 għal xi passaġġ. Filwaqt li ammetta li l-istess dipartiment kien ivvaluta l-art b'dan l-ammont, flimkien ma' madwar l-istess ammont f'interessi, huwa qal li dan kien jirrigwarda tmien tomniet ta' art.
Mal-ILLUM huwa qal illi peress li Peresso ma kienx kuntent b'dan l-ammont u xtaq aktar il-partijiet daħlu f'diskussjonijiet bl-għażla taqa' fuq il-Perit Alex Bezzina li jservi ta' arbitru bejn it-tnejn. Azzopardi sostna li kien dan l-arbirtu li ddeċieda l-ammont ta' €206,000 f'kumpens, flimkien ma' 5% ta' dan l-ammont għal kull sena mill-1974 sal-lum f'interessi.
Azzopardi temm jgħid li ma kienx hemm indħil politiku u li bbażat fuq deċiżjoni tal-Qorti Ewropea f'każ ta' Malti f Persso seta' ingħata iktar. Fil-fatt huwa qal li fil-każ ta' ġibjun fuq żewġ terzi ta' tomna ingħataw €450,000, filwaqt li f'dan il-każ ingħataw €400.000 għal tmien tomniet ta' art.
Jason Azzopardi qal illi dan il-każ kollu qed iqajmu l-Gvern biex jgħatti "l-oxxenita' tal-iskandlu ta' Gaffarena".
Illum Jason Azzopardi f'kuntatt li kellu ma' dan is-sit xtaqw jikkjarifika illi meta semma' lil Mintoff ma kenx qed jgħid li dak kollu li għamel l-eks-Prim Ministru Laburista kien ħażin imma biss li kien f'dan il-każ partikolari tal-art li Mintoff kien żbalja bħala Prim Ministru. Azzopardi irrikonoxxa li Mintoiff kien għamel affarijiet ta' ġid għall-pajjiż kemm dam Prim Ministru