[Aġġornat 2 ] La Austin Gatt u lanqas Claudio Grech ma' kienu jafu bid-donazzjonijiet ta' Farrugia għall-kampanja ta' Gatt

Gatt ma jgħidx min kien jaf li Farrugia kera' swali u karozzi fil-kampanja tiegħu; jgħid li qabel mal-proklama li ingħata Farrugia 

 

Għall-mistoqsijiet tal-Ministru Owen Bonnici Gatt ma ċaħadx li waqt il-kampanja elettorali il-familja Farrugia tat għajnuna lill-kampanja tiegħu, fosthom kiri ta' swali u ta' karozzi għal attivitajiet u ġbir ta' persuni biex imorru jivvutaw. Gatt qal li hu ma kienx jaf li kienet il-familja Farriugia li kienet tagħti t-tali għajnuna, imma meta mistoqsi allura min kien responsabbli biex jorganizza l-kampanja tiegħu u għalhekk kien jaf li kienet il-familja Farrugia li qed torganizza ħafna mill-kampanja tiegħu Gatt qal li ma xtaqx jgħid min kienet din il-persuna. Huwa qal li żamm il-bogħod minn min ta' donazzjoni biex ma jkunx "influwenzat".

Aktar minn hekk iżda, iktar tard fix-xhieda, Gatt indika li wieħed minn nies fis-Segretarjat tiegħu li kien jieħu ħsieb il-kampanja elettorali tiegħu kien Claudio Grech, illum Deputat Parlamentari Nazzjonalista. Mistoqsi mill-Ministru Edward Zammit Lewis allura jekk kienx Grech li kien qed jirċievi jew jaf bil-fatt li Farrugia kien qed jgħin il-kampanja tiegħu Gatt wieġeb fin-negattiv.    

Claudio Grech li kien wieħed minn nies li jieħdu ħsieb il-kampanja ta' Austin Gatt
Claudio Grech li kien wieħed minn nies li jieħdu ħsieb il-kampanja ta' Austin Gatt "ma rċeviex donazzjonijiet" mingħand George Farriugia għall-kampanja ta' Gatt.

 Huwa qal li saret laqgħa "waħda żgur bejn Lawrence Gonzi, George Farrugia u Austin Gatt f'Kastilja" filwaqt li meta mistoqsi għal diversi drabi jekk hu marx jiekol ma' Farrugia l-Waterfront qal li ma jiftakarx din it-tali ikla.

Gatt ifakkar fil-"kisbiet" tiegħu fl-Enemalta 

Austin Gatt beda x-xhieda quddiem il-Kumitat għall-Kontijiet Pubbliċi (PAC)  billi qal li "Jien qatt ma ndħalt fix-xiri taż-żejt" 

Huwa spjega kif ta' direttiva Ministerjali "kif kelli kull dritt li nagħmel bil-liġi,liema direttiva kienet tirrifletti deċiżjoni tal-Kabinett u li tirrifletti wkoll deċiżjoni li nttieħdet fil-baġit għall-2010". Huwa qal li l-għażla u d-direttiva kienet biex il-Gvern jagħti ċ-ċertezza kontra l-inċertezza "kif qed jagħmel dan il-Gvern ukoll" qal Gatt bid-differenza, kompla jgħid, li hu ma ddeċidiex  ma' liema kumpanija għandu jsir il-hedging. 

Huwa fakkar li kien hu bħala Ministru li żviluppa kodiċi ta' etika mill-liema punt Gatt elenka diversi punti li dwarhom fakkar kif kien hu li għamel diversi affarijiet fil-qasam, fosthom li kien hu li insista li l-Enemalta jkollha l-kontijiet maniġerjali u finanzjarji u li kien hu li waqqaf il-funzjoni ta' ċermen u kap eżekuttiv fl-istess kumpanija.

L-ILLUM se tkompli taġġorna fil-mumenti li ġejjin... 

More in Politika