Kariga li ngħata mingħajr ma kienet saret sejħa pubblika bħala Kap tal-MIC bejn Mejju tal-1999 u Mejju tal-2003, Il-Kap tal-Oppożizzjoni, Simon Busuttil, kellu salarju ta' €40,764. Dan barra karrozza u konsum ta' fjuwil ta' 150 litru fix-xahar u €815 għall-ispejjeż tal-mobile.
Dawn id-dettalji ħarġu minn mistoqijsa Parlamentari magħmula minn Dr Luciano Busuttil u mwieġba mill-Ministru George Vella.
Min-naħa l-oħra, Dr Gabriella Pace, li kienet impjegata mal-Forum Malta fl-Ewropa bħala Chief Executive Officer, bejn Settembru tal-2006 u Ġunju tal-2008. Mill-informazzjoni li ta l-Ministru Vella jirriżulta li Gabriella Pace kellha salajru ta' €34,941 fis-sena u allowance għall-fjuwil sa massimu ta' 150 litru fix-xahar. Dr Gabriella Pace illum taħdem bħala assistenta tal-Kummissarju Ewropew Malti, Karmenu Vella fi Brussell.