M’hemmx tmiem għas-sħaba sewda tal-Panama. L-elezzjoni tal-2022 setgħet kienet il-mument meta l-Partit Laburista jibda paġna ġdida fi tmexxija ġdida. Dan ma kienx possibbli għax ħafna mill-inkjesti kienu pendenti u mdendlin, u fuq kollox il-preżunt moħħ wara l-qtil ta’ Caruana Galizia, Yorgen Fenech, kienu għadu ma għaddiex proċess ġudizzjarju.
Dan kollu għadu ktieb miftuħ għall-gvern tal-Prim Ministru Robert Abela, u jipprovdi opportunità oħra għall-oppożizzjoni biex tkompli tagħmel avvanzi elettorali kontra l-gvern filwaqt li tqajjem antipatija għal Robert Abela.
U l-fatt li Keith Schembri u Konrad Mizzi reġgħu huma fiċ-ċentru tal-iskandlu, l-inkjesta tal-Maġistrat Charmaine Galea tkompli tikkonferma l-impressjoni ta’ Gvern li skada u wasal fi tmiemu. U fuq kollox tkompli ssaħħaħ il-konnessjoni mal-amministrazzjoni Laburista ta’ Joseph Muscat ma’ dik ta’ Abela.
Imma l-inkjesta 17 Black fuq kollox tagħti spjegazzjoni li twassalna għand il-preżunt moħħ wara l-qtil tal-ġurnalista u bloger Daphne Caruana Galizia. Bażikament biża’ li din tikxef ir-raġuni ta’ 17 Black u l-fatt li kienet faċċata komda għall-flus li kienu ġejjin minn sorsi barranin inkluż mill-Ażerbajġan bħala grazzi għall-fatt li ntrebħu tenders tal-gvern marbutin mal-qasam tal-enerġija.
Dan il-komplott iddomina l-istorja ta’ korruzzjoni u dekadenza politika ta’ dawn l-aħħar snin u kompla jitfa’ dell ikrah fuq il-Gvern Laburista. L-isfida kbira li għandu Robert Abela hi li l-ewwel ikompli jiddistakka lilu nnifsu minn Joseph Muscat u jkompli jargumenta li jiġri x’jiġri l-gvern tiegħu għadu aktar kompetenti u kapaċi mill-partit ta’ Bernard Grech. Imma minkejja l-limitazzjonijiet politiċi ta’ Grech, se jkun ovvju li l-mixja ta’ Grech se tkun possibbilment rebbieħa