[Aġġornat] Persuna identifikata wara l-inċident razzista tal-bieraħ

Ħadd ma kien arrestat s'issa. L-Għaqda Patrijotti Maltin tibda tiġbor il-firem għax "Malta tal-Maltin mhux tal-barranin"

L-inċident ta' dalgħodu li wasslet għall-intervent tal-Pulizija
L-inċident ta' dalgħodu li wasslet għall-intervent tal-Pulizija

Persuna ġiet identifikata mill-Pulizija b'rabta mal-inċident razzista tal-bieraħ għalkemm s'issa għadu ma kien arrestat ħadd. Jidher li dan seħħ wara rapport anonimu li sar fl-għassa tal-Belt Valletta

Il-messaġġ ta' rabja ta' Ira Losco kontra l-inċident ta' dalgħodu
Il-messaġġ ta' rabja ta' Ira Losco kontra l-inċident ta' dalgħodu

Vidjow partikolari ta' inċident bejn mara Maltija u raġel Ungeriż mhux biss qajjem rabja kbira iżda wassal biex f'dawn il-ħinijiet għaddejja investigazzjoni interna mill-Kummissarju tal-Pulizija. Il-vidjow juri mara Maltija tgħajjat u tgħajjar lil dan ir-raġel Ungeriż u fost il-"go back to your country" din l-istess mara bdiet tibżoqlu u xxejjer idejha quddiem wiċċu.

F'mument minnhom intervjenew il-Pulizija li niżluh mal-art u immanetjawh, fost ukoll iċ-ċapċip ta' xi persuni preżenti. L-inċident qajjem rabja kbira b'diversi kummenti fuq is-siti soċjali jikkundannaw din l-attitudni razzista u mill-aktar baxxa lejn uman, għas-sempliċi raġuni li għandu ġilda skura. 

Intant il-Partit Nazzjonalista ikkundanna bl-aktar mod qawwi il-każ ta’ abbuż fuq żagħżugħ Ungeriż li spiċċa vittma minn membru tal-pubbliku u allegatament ukoll minn membri tal-Korp tal-Pulizija.

Il-Partit Nazzjonalista sostna li ma jaċċetta qatt li r-razza u/jew il-kulur tal-ġilda differenti jintużaw bħala pretest għall-vjolenza jew diskriminazzjoni.

Il-Partit Nazzjonalista jħeġġeġ lill-Kummissarju tal-Pulizija biex jikkonkludi kemm jista’ jkun malajr l-investigazzjoni, sabiex toħroġ il-verità kollha, u min hu ħati ta’ abbuż razzist, jittieħdu proċeduri kontrieh.

Fost dawn il-kundanni kien hemm dawk tal-Arċisqof kif ukoll tal-kantanta Ira Losco 

Intant l-għada tal-inċident l-Għaqda Patrijotti Maltin ġabbret li se tkun qed tibda tiġbor il-firem għax "Malta tal-Maltin mhux tal-barranin".

More in Politika