Il-Prim Ministru ħatar inkjesta fuq Daniel Zammit
Il-PN tilqa' din l-inkjesta b'sodisfazzjon iżda nnotat li dam ġimgħa sħiħa biex jieħu azzjoni
More in Politika
Il-PN tilqa' din l-inkjesta b'sodisfazzjon iżda nnotat li dam ġimgħa sħiħa biex jieħu azzjoni
Il-Prim Ministru ħatar inkjesta preseduta mill-Imħallef Michael Mallia biex jinvestiga l-aġir tal-eks-Uffiċjal tal-Korp tal-Pulizija Daniel Zammit in konnessjoni mal-investigazzjoni u prosekuzzjoni tal-omiċidju ta’ Neville Baldacchino li seħħ f’Diċembru 2008.
L-Imħallef Mallia ngħata terminu ta’ erba’ ġimgħat biex itemm l-inkjesta tiegħu li għandha tinkludi wkoll rakkomandazzjonijiet sabiex jitjiebu l-proċeduri eżistenti.
Sadattant l-PN ħareġ stqarrija li tħossha sodisfatta li se ssir inkjesta dwar l-iskandlu ‘Gaffarena-Zammit’, iżda tinnota wkoll li l-Prim Ministru dam ġimgħa sħiħa biex jieħu azzjoni dwar skandlu li jinvolvi nies qrib il-Gvern Laburista u qrib Kastilja.
Il-Prim Ministru, madanakollu, ma qalx x’se jiġri minn missier Daniel Zammit, Ray Zammit li hu ħatru bħala Kummissarju tal-Pulizija, Direttur tal-Ħabs, u Kap tal-Aġenzija tal-Wardens.
Il-Prim Ministru lanqas ma qal x’se jiġri minn ħu Daniel Zammit, Roderick Zammit, li wara l-elezzjoni, intbagħat f’taqsima mill-aktar sensittiva tal-Korp tal-Pulizija.
Dan minbarra li l-Gvern ta’ Muscat ħareġ lil Daniel Zammit boarded-out mill-Korp tal-Pulizija f’erbat ijiem, u tah kuntratt ta’ konsulenza ta’ €60,000 ftit tal-jiem wara li ġiet mwaqqfa mill-ministru Konrad Mizzi wara li l-każ ħareġ fil-beraħ.