Battibekk bejn id-Deputat Nazzjonalista Toni Bezzina u s-Segretarju Parlamentari Roderick Galdes ġab xi ftit tbissima fil-Parlament anke jekk forsi huma ma kienux qed jitbissmu meta għamlu dan l-istess battibekk.
Fil-bidu tal-ħin tal-aġġornament jidher li Bezzina akkuża lil Galdes li lilu ma riedux fuq il-palk tal-Imnarja mal-President tar=Repubblika waqt il-preżentazzjoni tat-trofej. pront wieġbu Galdes li akkużah li qed jigdeb u talbu jirtira dak li qal. Imma Bezzina ma qgħadx għaliha u rrisponda li kienu l-organizzaturi li infurmawh li Galdes ma riedux fuq il-palk.
Il-battibekk intemm b'Galdes jgħid li hu kien infurmat li kien Bezzina li talab biex jitla fuq il-palk u l-organnizzatuti tal-Imnarja qalulu li ma jistax minħabba protokoll.