Meta l-kruha tħalliet tgħatti l-patrimonju

Qarrej jibgħat dan ir-ritratt u jfakkar illi "disprezz lejn wirtna huwa disprezz lejna nfusna"

Il-bażi l-ġdida tal-AFM li għattiet parti mill-veduta tas-swar
Il-bażi l-ġdida tal-AFM li għattiet parti mill-veduta tas-swar

Qarrej tal-ILLUM bgħat dan ir-ritratt li ttieħed meta kien fuq id-dgħajsa tiegħu. Il-kumment ma' dan ir-ritratt kien jgħid hekk : "ma tridx tkun arkitett prim biex tinduna li dan il-bini qed jgħatti sekli ta' patrimonju li tħalla lilna b'self".

Għalkemm dan il-bini issa dar sew il-midja soċjali dan is-sit xorta ħass il-bżonn li jerġa jippublika ritratt ieħor, mhux biex jikkritika l-użu tal-binja, jiġifieri bħala bażi għall-Forzi Armati Maltin, imma biex jerġa jfakkar fil-pastażata li qed titħalla ssir.

Is-swar huma l-patrimonju ta' pajjiżna u parti mill-wirt arkitettoniku glorjuż li ħallew il-kavallieri u kif qalilna l-qarrej li bgħat dan ir-ritratt "disprezz lejn wirtna huwa disprezz lejna nfusna". 

More in Politika