[Aġġornat] Żieda ta' €100 għal numru ta' romol bir-riforma fil-pensjonijiet

Il-PM iħabbar sistema ta' tpartit għal dawk li għandhom djun kbar mal-istat

Il-Prim Ministru ħabbar illi bir-riforma fil-pensjoni persuna li llum għandha pensjoni ta' €590 se jkollha żieda ta' €30 fix-xahar hekk kif se tkun qed tibda tingħata l-pensjoni minima nazzjonali. Iktar minn hekk jekk dan il-pensjonant imut u jħalli l-martu warajh, din ma tibqax taqla l-€520 li qed tieħu f'pensjoni imma jibda jkollha l-pensjoni minima nazzjonali ta' żewġha, jiġifieri €620. Dan ifisser żieda ta' €100 kull xahar. Din iż-żieda kienet fost inizjattivi oħrajn mħabbrin mill-Prim Ministru, fosthom ukoll iċ-ċans ta' persuni li għandhom żewġ xogħolijiet partjam, li issa jekk jkopru dawn iż-żewġ impjiegi bil-bollol se jkunu garantiti €695 f'pensjoni kull xahar. 

Pensjoni aħjar għal min jistudja

Muscat ħabbar ukoll kif snin ta' studju jistgħu jkunu meqjusin bħala snin illi fihom tħallset bolla, jekk dan il-perjodu jkun ta mhux iktar minntloet snin. Huwa qal illi filwaqt li f'Malta qed nitkellmu dwar żidiet fil-pensjonijiet pajjiżi oħrajn qed jitkellmu dwar tnaqqir, tnaqqis jew thedid fis-sistema tal-pensjoni. 

Il-Prim Ministru Joseph Muscat waqt l-aħħar sessjoni tal-Gvern li Jisma' qal illi l-Gvern bħalissa qed jaħdem fuq sistema fejn dawk li jkollhom ammonti kbar ta' flus x'jagħtu lill-istat jkunu jistgħu jagħmlu "set off", jew ħlas ta' parti minn dan id-dejn permezz ta' artijiet jew proprejta'. Huwa qal li din l-iskema għadha ma daħlitx fis-seħħ għalkemm saħaq li sistema bħal din tista tkun ta' ġid għax jekk persuna ma tkunx tista tagħti flus, b'għażla tkun tista tħallas parti minn dak id-dejn mod ieħor, fosthom bi proprjeta' li l-istess Gvern jista juża għal raġunijiet ta' housing.  

illi hu iltaqa' mal-operaturi tat-trasport pubbliku u magħhom iddiskuta l-problema li nħolqot ilbieraħ minabba s-sitwazzjoni tal-kards. Huwa qal li minkejja dan is-sitwazzjoni illum tjiebet sew.

Dwar it-trasport huwa fakkar kif il-Gvern għadu kif assigura €40 miljun għall-proġett tat-triq fil-Marsa ħdejn l-Adolorata. Huwa ħabbar ukoll li l-Proġett Connections, li jgħaqqad it-tliet ibliet u l-Belt Valletta u Tas Sliema se erġa jibda jsir xogħol fuqu. Dan kien proġett li l-idea tiegħu twieldet taħt il-Gvern Laburista ta' bejn l-1996 u l-1998.

Huwa tkellem dwar l-importanza li ż-żgħażagħ jkunu produttivi u ma jibqgħux jiddependu fuq l-istat, speċjalment issa li l-qasam tal-impjiegi għaddej minn żmien tajjeb ħafna bil-qgħad ikun fl-inqas livelli tiegħu fl-aħħar 20 sena.

Waqt is-sessjoni Gvern li Jisma qamu diversi punti oħrajn fosthom il-pensjonijiet, il-MEPA u l-immigrazzjoni. Dwar din tal-aħħar huwa  fakkar kif ir-razziżmu mhu qatt aċċettabbli u saħaq li hu "jrrid l-Integrazzjoni b'numri li nistgħu nimmaniġġjaw".

 

Illum jieħu pensjoni 590 eur......se nitfgħu lil frans minn 590 għal 620 fix-xahar...pensjoni minima nazzjonali...f'kaz li jkollu mara li tibqa hajja tieħu wkoll 620 minflok 520 li taqla bħala pensjonanta... 

More in Politika