Il-Ministru tal-Libertajiet ċivili l-Ministru Helena Dalli qalet lit-Times li se tiltaqa' mal-Ungeriż Deboma Jack biex tiskuża ruħha għal mod kif ġie trattat minn ċittadina Maltija u mill-pulizija waqt li kien qed jipprova jorganizza kju għal tal-linja. L-istudent Ungeriż iswed kien trattat b'dan il-mod għax hu iswed. Helena Dalli qalet lil The Times, "ir-reazzjoni kienet sproporzjonata. Naħseb li ma kellux ikun hemm reazzjoni ta' xejn minn dak li qrajt u rajt, kien qed jorganizza kju. Ħadd ma jixraqlu dan it-trattament, aktar u aktar jekk kien qed jgħallimna kif niffurmaw kju.
Il-mara li ħolqot dan l-attakk għadha ma ġiex identifikata anke jekk jingħad li l-pulizija ngħatat informazzjoni anonima dwarha. Fl-istess waqt l-ebda pulizija ma ġie sospiż fuq dan l-inċident.