Il-Monarkiji fl-Ewropa:- Ta' Liechtenstein l-aktar sinjura fost is-7 fl-UE

Mill-ittra elettronika ta' Alfred Sant

Prince Maximilian u Princess Angela of Liechtenstein li huma l-aktar monarkija sinjura u l-uniċi prinċġijiet fl-ewropa li kellhom żwieġ bejn żewġ razez differenti
Prince Maximilian u Princess Angela of Liechtenstein li huma l-aktar monarkija sinjura u l-uniċi prinċġijiet fl-ewropa li kellhom żwieġ bejn żewġ razez differenti

12-il-pajjiż fl-Ewropa għadhom bil-Monarkija, seba’ minnhom huma membri tal-Unjoni Ewropea: il-Belġju, id-Danimarka, il-Lussemburgu, l-Olanda, Spanja, l-Iżvezja u r-Renju Unit. Il-pajjiżi l-oħrajn huma Andorra, Liechtenstein, in-Norveġja, Monaco u l-Vatikan. L-iktar Monarkija magħrufa magħna l-Maltin hija l-monarkija Ingliża li jintqal li għandha ġid ta’ €414-il miljun. Ħafna? Ċejċa fejn dak li għandhom il-prinċipijiet ta’ Dubai, Abu Dhabi, u l-Arabja Saudija.

Għalkemm il-monarkiji ewropej huma aktar ‘foqra’ minn dawk Għarab, liem minnhom huma l-aktar sinjuri? L-iktar monarkija ewropea sinjura hija dik tal-Liechtenstein. Il-ġid ta’ din il-monarkija ġejjin minn kumpanija bankarja tal-familja. Il-familja rjali tal-Liechtenstein għandha wkoll ħafna artijiet u kollezzjoni vasta ta’ opri tal-arti.

L-iktar monarkija li tonfoq minfuq it-taxxi tan-nies hija l-familja rjali Olandiża li tiswa lill-poplu Olandiż €44 miljun fis-sena. In-nefqa personali tar-Re Willem-Alexander u tar-Reġina Maxima huma maħsuba li jilħqu €7.5 miljuni fis-sena filwaqt li ż-żjajjar uffiċċjali barra mill-pajjiż ilaħħqu l-€28 miljun. Il-monarki Olandiżi jiswew ħafna aktar flus lill-poplu milli jiswew dawk Ingliżi, u għandhom bżonn erba’ darbiet aktar flus mis-somma li teħtieġ il-monarkija Spanjola. Il-Monarkija tal-Olanda għandha wkoll il-ġid personali tal-familja li jlaħħaq is-somma ta’ €184 miljun li akkumulaw permezz tal-ishma tal-familja fil-kumpanija Shell.

L-ikbar palazz residenzjali fid-dinja kollha huwa tal-monarkija Spanjola. Il-Palacio Real ta’ madrid għandu 3,418-il kamra. Il-palazz daż-żmien sar jintuża biss għal ċerimonji uffiċċjali u r-Re Felipe għandu r-residenza tiegħu f’palazz ieħor bl-isem ta’ Zarzuela Palace.

L-iktar familja ewropea ‘fqira’ hija dik tan-Norveġja li għandha ġid ta’ €11-il miljun, filwaqt li dik tal-Iżvezja hija l-ħames l-aktar rikka fl-ewropa. Il-Familja reali Żvediża għandha l-użu ta’ 11-il palazz residenzjali madwar il-pajjiż.

Il-Prinċep ta’ Monaco, Albert II, minkejja li hu l-prinċep ta’ pajjiż ewropew żgħir, għandu ġid personali li jlaħħaq id-€913-il miljun. Monaco wkoll mhux membru tal-UE. Illum qrib is-sittin sena, il-Prinċep Albert għandu kollezzjoni ta’ karozzi antiki, kollezzjoni ta’ bolol li jiswew ħafna flus u ishma f’resort f’Monte Carlo. L-eredi tat-tron huwa ibnu Jacques Honore` Rainier. It-tewmija tiegħu Gabriella Therese Marie, ukoll għandha sehem mir-rikkezzi ta’ missierha, bħal ma għandhom it-tfal illeġittimi tal-Prinċep Albert, Jazmin Grace Grimaldi u Alexandre Coste.

More in Politika