Ir-referendum fil-Greċja 9intrebaħ mill-LE u intrebaħ bil-kbir hekk kif madwar 61% qalu LE għall-proposti Ewropej għall-pajjiż biex jitħallas id-dejn li akkumulat il-Greċja minġabba l-fondi tal-bailout. li jfisser illi l-poplu se jkun qed jibgħat messaġġ qawwi kontra l-awsterita'.
B'dan ir-riżultat il-futur tal-Greċja fl-ewro se jkun wieħed inċert u huwa mistenni li jekk jibqa' ma jintlaħaqx qbil l-pajjiż jista jerġa jdaħħal id-Drachma, il-munita nazzjonali.
Mal-ġurnal ILLUM Maria Klouvidaki, ċittadina u ġurnalista mill-Greċja, qalet illi hija vgvutat LE għax il-poplu Grieg ma jiflaħx aktar awsterita'. Hija qalet lill-ġurnal illi b'vot LE il-Greċja tipperikola il-futur tagħha mal-UE imma "terġa tirbaħ id-dinjita'".