Aħbar tajba għall-Għawdxin:- Biljett wieħed għal tal-linja u Ferry

Comodini Cachia ħadmet fuq din il-liġi li għaddiet fil-parlament Ewropew

ir-riżultat tal-vot dwar biljett integrat
ir-riżultat tal-vot dwar biljett integrat

Waqt li l-ILLUM kien Strasburgu, attendejna għal votazzjoni ta' liġi li żgur għandha tinżel tajjeb mal-Għawdxin fejn l-Ewropa għaddiet liġi fejn persuna li jkun qed jivjaġġa u jrid juża diversi mezzi ta' trasport ma joqgħodx jixtri diversi biljetti, iżda biljett wieħed li jkoprilu l-vjaġġ kollu. Jiġifieri li wieħed b'biljett wieħed jista jkollu nkorporat tal-linja f'Għawdex, tal-ferry, tal-linja f'Malta.

Membru Parlamentari Ewropea li ħadmet għal dan il-għan, kienet Therese Comodini Cachia li kienet qed issegwi mill-qrib (shadowing) din il-liġi. Il-liġi għaddiet b'maġġoranza kbira fejn anke tfajna r-ritratt tal-votazzjoni. Dwar dan tkellimna ma' Comodini Cachia li qaltilna li dan il-fatt jgħin biex wieħed juża aktar it-trasport pubbliku. "Liġi li biha l-ewropej jista jkollhom aktar mobilita faċli b'biljett wieħed biex jivjaġġaw. Vjaġġ wieħed minn post għall-ieħor ma jkollokx bżonn ħafna biljetti, iżda biljett wieħed li jkopri kollox. Iżda l-pajjiżi kollha jridu jikkrejaw timetable għal kull trasport li jeżisti ħalli wieħed jista jlaqqa l-ħinijiet u jaqta online biljett wieħed integrat. Dan żgur li għandhom igawdu minnhom l-Għawdxin li b'biljett wieħed jinqdew bit-trasport pubbliku Malta u Għawdex b'tal-ferry inkluż..

More in Politika