jekk qed tħossu s-sħana lestu ruħkom għal ħafna iktar fil-ġranet li ġejjin. Fil-fatt it-temperatura mistennija tibqa tiela sa' tmiem il-ġimgħa meta mistennija taqbeż is-36°C filwaqt li se jinħass daqs li kieku t-temperatura se tkun ta' madwar 42°C. Skont is-sit Malta Weather hemm ċans li dawn il-ġranet ikunu l-aktar sħan f'24 xahar. Jingħad ukoll li din hi l-ogħla temperatura li Malta qatt kellha f'dawn l-aħħar 5 snin fix-xahar ta' Lulju.
Għalhekk lestu l-ilma, ixegħlu dawk il-fannijiet jew l-arja kundizzjonata u lestu ruħkom għal ħamest'ijiem ta' sħana, xemx u baħar.
Għal min iħobb is-Sajf dan huwa temp perfett, għal min jobogħdu din l-aħbar mhi ta' pjaiċir xejn għalih.