F’ domanda parlamentari mistoqsija tal-kelliem Nazzjonalista Carm Mifsud Bonnici, l-ministru tat-turiżmu Edward Zammit Lewis spjega kif fl-2013, il-Malta Film Fund investa €210,000 fi 15 –il produzzjoni, filwaqt li fl-2014, il-gvern investa €234,790 fi tmien produzzjonijiet.
Il-ministru spjega li fost dawn il-produzzjonijiet, kien hemm minnhom li applikaw għal writer’s grant filwaqt li oħrajn ibbenfikaw minn production grant jew development grant.
Fl-2014, żewġ produzzjonijiet ibbenefikaw minn €5,000 kull wieħed grazzi għall-writers’ grant filwaqt li tliet produzzjonijiet oħrajn ibbenefikaw minn €75,000 f’ development grant. Intant, il-Malta Film Fund investiet ukoll xejn inqas minn €149,790 f’ żewġ produzzjonijiet. L-iktar produzzjonijiet li ibbenfikaw kienu d-dokumentarju ta’ Internati Re li gawda minn investiment ta’ €120,000 filwaqt li l-produzzjonijiet ta’ “MOO” u “Porn the Musical” ġew assenjati €30,000 kull wieħed.
Intant, fl-2013, il-gvern investa €67,000 f’ development grant u €143,000 fil-produzzjoni ta’ żewġ films, żewġ animazzjonijiet u dokumentarju. Il-film bl-isem ‘Limestone Cowboy’ ġie assenjat €90,000 filwaqt li l-animazzjoni bl-isem ta’ ‘Teddyland’ irċiviet €25,000.