Rabja mil-Laburisti għal Peppi Azzopardi

Kiteb fuq facebook li l-motto Malta l-ewwel u qabel kollox hu tal-mistħija

Laburisti 'hard core' ħadu għalihom meta post fuq il-facebook tiegħu tal-preżentatur Peppi Azzopardi xejn ma niżlilhom sew. Dan kiteb li 'Malta l-ewwel u qabel kollox' kien slogan tal-mistħija, għax hu jemmen li d-dinja kollha għandha tħossha ċittadin tad-dinja. Kienu ħafna li kkritikaw lil peppi Azzopardi u wrew rabja għax il-gvern tagħhom ħallih fuq PBS. Dan kien is-slogan ta' Mintoff fil-passat u dawk il-Mintoffjani ħassewhom insultati li s-slogan tagħhom ġie msejjaħ bħala 'tal-mistħija'.

Persuna li qabeż għalih b'mod mill-aktar edukat bil-kitba tiegħu kien Michael Briguglio li wara li wieġeb fuq il-post ta' Peppi li jaqbel miegħu 100%, wieġeb ukoll fuq paġni oħra ta' facebook fejn tkellem dwar l-opnjoni tiegħu li taqbel ma' ta' Peppi Azzopardi.

Anke hawn diversi persuni wieġbu lil Michael Briguglio li għalhekk il-poplu lilu u lil partit li kien jirrapreżenta, l-AD, ħallih l-art fl-elezzjonijiet li hu kkontesta.

More in Politika