L-aċċessibbilità f' Fomm ir-Riħ: Nature Trust kontra li l-bajja ssir kummerċjali

In-Nature Trust tgħid li hija favur iżjed aċċessibbilità għall-pubbliku imma kontra aċċessibbilità mill-art hekk kif din tnaffar il-wirt naturali tal-bajja pittoreska ta' Fomm ir-Riħ.

Wara li d-deputuat Laburista Etienne Grech sejjaħ għal iktar studju biex il-bajja pittoreska ta’ Fomm ir-Riħ issir iżjed aċċessibbli għall-pubbliku, n-Nature Trust qalet li hija favur iktar aċċess għall-pubbliku, madankollu qalet li hija kontra iżjed aċċessibbilità mill-art.

L-għaqda ambjentali qalet li l-bajja ta’ Fomm ir-Riħ fl-Mġarr taqa’ taħt sit tan-Natura 2000 u tħares bosta rdumijiet minn Ras il-Pellegrin sa x-Xaqqa. Minkejja s-sbuħija naturali tagħha, d-deputat Laburista Etienne Grech issuġġerixxa li jsir studju biex il-bajja ta’ Fomm ir-Riħ ssir iktar iżjed aċċessibbli għall-pubbliku.

Minkejja li huma favur li tiżdied l-aċċessibilità għal pubbliku, n-Nature Trust esprimiet tħassib dwar il-konsegwenzi ta’ aċċess mill-art hekk kif din taffetwa d-dehra estetika tal-bajja u l-istat naturali tagħha. Qalet li jekk tiżdided l-aċċessibilità mill-art, din tista twassal sabiex il-bajja tiġi kummerċjalizzata b’ umbrelel, ħwienet tal-ikel, u anke deck chairs.

“Nature Trust tinsisti li kwalunkwe studji sabiex tiżdied l-aċċessibilità m’ għandhomx jiġu mwettqa u minflok, il-flus għandhom jintefqu biex itejbu l-bajjiet fil-viċin bħal Ġnejna,” qalet.

Ilbieraħ il-kunsill tal-Imġarr qal li huwa kontra l-idea li tiżdied l-aċċessibilità ta’ din il-bajja minħabba l-biża’ li l-bajja ssir ikkummerċjalizzata bħall-bajjiet oħrajn madwar Malta u Għawdex. Il-kunsill qal li din il-bajja għandha ttgawda fl-istat naturali tagħha u li ma għandux ikun hemm intervent tal-bniedem.

More in Politika