PN: 600 familja għadhom qed jistennew ħlas dovut mill-Home Ownership Scheme

Il-PN jagħti lista ta' kemm il-familja qed tistenna flus, lokalita' b'lokalita' 

L-MP Nazzjonalisti Ryan Callus u Jason Azzopardi
L-MP Nazzjonalisti Ryan Callus u Jason Azzopardi

Il-prijoritajiet tal-Gvern ta’ Joseph Muscat mhumiex il-familji Maltin u Għawdxin iżda dawk il-ftit individwi viċin tiegħu, biex jagħmilhom sinjuri mill-lum għall-għada. Dan joħroġ ċar mill-fatt li fl-ewwel sentejn tiegħu, Joseph Muscat għażel li jwaqqaf il-ħlasijiet li kienu qed jingħataw għall-artijiet taħt il-Home Ownership Scheme, iżda għażel li jwaqqa’ l-kawża li l-Gvern kellu kontra l-Partit Laburista dwar Australia Hall, kif ukoll seħħew l-iskandli ta’ Cafe’ Premier u dak riċentament ta’ Gaffarena.

Dan qalu l-Kelliem tal-Ambjent, l-Artijiet, l-Ippjanar u l-Infrastruttura Ryan Callus f’konferenza tal-aħbarijiet flimkien max-Shadow Minister tal-Ġustizzja, d-Demokrazija u d-Drittijiet taċ-Ċittadin Jason Azzopardi ftit metri ‘l bogħod minn fejn il-Gvern għamel triq bil-konkrit għal Gaffarena, ħdejn waħda mill-artijiet li ngħataw fid-deal jinten b’riħa ta’ korruzzjoni li sar mal-Gvern fil-bidu ta’ din is-sena.

Il-PN spjega kif il-Gvern għażel, għal raġuni li jaf hu, li jwaqqaf dan il-proċess. Fost l-oħrajn, kien hemm familji minn dawn il-lokalitajiet li għadhom qed jistennew:

•    40 familja fiż-żona Ta’ Kirċeppu fis-Siġġiewi

•    60 familja f’Ħad Dingli

•    17-il familja fis-Swatar

•    65 familja fl-Imġarr

•    17-il familja f’Wied il-Għajn

•    23 familja fiż-żona Tal-Qattus f’Birkirkara

•    45 familja f’Ħal Kirkop

•    19-il familja fil-Għargħur

•    25 familja fil-Kalkara

•    70 familja fiż-żona Ta’ Farżina f’Ħal Qormi

•    23 familja f’Ħaż Żebbuġ

•    32 familja fix-Xagħra

•    Familji fiż-żona Tal-Fuklar f’Ħ’Attard

More in Politika