‘M’għandix idea fuq xiex qed jitkellem Gaffarena’ - Fenech Adami

Beppe Fenech Adami jwieġeb lil Gaffarena … ara l-intervista esklussiva ta’ Beppe Fenech Adami fil-ħarġa t’għada tal-ILLUM

Il-Viċi Kap tal-Partit Nazzjonalista Beppe Fenech Adami, b’reazzjoni għal dak li qal Mark Gaffarena fuq il-Facebook tiegħu, ċaħad illi qatt kien hemm xi ħbiberija bejnu u Gaffarena.

Fenech Adami ċaħad ukoll li qatt kien mistieden minn Gaffarena għal xi ikla jew attività għalkemm ammetta li martu nnegozzjat seba’ proprjetajiet b’valur ta’ LM100,000 f’xogħol bħala nutara għal Gaffarena.

Dwar l-allegat għajnuna li Gafferna ta lil Fenech Adami rigward problema ma’ persuna partikulari, huwa qal “m’għandix idea fuq xiex qed jitkellem.”

F’ intervista esklussiva li se tidher għada fuq il-ġurnal ILLUM, Beppe Fenech Adami jitkellem dwar il-każ Gaffarena iktar fit-tul u jgħid li ma jaf b’ħadd fil-Partit Nazzjonalista li gawda jew ibbenifika minn flus, art, jew donazzjonjiet mill-familja Gaffarena.

Aktar kmieni llum, Mark Gaffarena akkuża lill-Viċi Kap tal-PN li kien qed jigdeb u saħansitra jsaqsi lil Fenech Adami jekk nesiex kemm –il darba wasslu d-dar il-Għargħur, kemm –il darba “kilna fuq l-istess mejda,” u kemm “xrobna flimkien sa sena ilu f’Villa Arrigo.”

Aktar minn hekk Mark Gaffarena, li bħalissa jinsab f'nofs kontroversja minħabba l-esproprijazzjoni ta’ proprjetà fi Triq Zekka, staqsa hekk lil Beppe: nsejt meta kellek il-problemi ma' persuna u ċempilt lili biex nirranġalek is-sitwazzjoni?”

Gaffarena temm jgħid "li jaqbillek biss issemmi?" 

More in Politika