L-involviment ta’ Gonzi fil-Uniq Group Limited joħroġ mir-rabta li għandu fiż-żewġ kumpaniji li għandhom l-ishma tal-Uniq Group, GVM Holdings Limited u Start Games Limited. Fil-GVM Holdings Limited, iben l-eks Prim Ministru Lawrence Gonzi huwa direttur u shareholder waqt li fi Start Games Limited għandu l-ishma kollha. Permezz tal-kumpanija Start Games Limited, Gonzi kellu rabta diretta ma’
Mario Gennaro, meqjus mill-pulizija Taljana bħala l-moħħ li għan-nom tal-organizazzjoni mafjuża Ndrangheta kien qiegħed imexxi xibka
internazzjonali t’attivitajiet illegali. Fil-15 ta’ Lulju ta’ dis-sena, Gennaro sar id-direttur uniku tal-kumpanija Start Games Limited. Ġimgħa wara Gennaro spiċċa arrestat mill-pulizija Maltija u qed jistenna li jkun estradit lejn l-Italja. Dan fl-istess ħin li s-Segretarja ta’ Start Games Limited hija Valentina Tavilla, persuna oħra li qed tkun imfittxija mill-pulizija Taljana b’rabta ma’ din ix-xibka t’attivitajiet illegali. Tavilla saret Segretarja fis-17 ta’ Lulju li għadda.
Iżjed fil-ħarġa tal-ILLUM