Jekk trid tiftaħ l-pompa tal-petrol tini d-dokumenti - Simon Busuttil

Stqarrija tal-PL tgħid li ħmieġ li ilu jisforza Simon Busuttil ser jispiċċa wara biebu

It-Torċa żvela storja llum dwar laqgħa bejn Simon Busuttil u Joe Gaffarena, fejn Busuttil indikalu li jekk ried li jerġa’ jiftaħ il-pompa tal-petrol li kellu f’Ħal Qormi huwa kellu jtih dokumenti relatati mal-każ ta’ Daewoo, dan bi skop li jkisser lil John Dalli. 

Stqarrija tal-Partit Laburista tgħid li l-aktar kelma li Simon Busuttil uża fl-aħħar ġimgħat kienet ‘Gaffarena’ iżda qatt ma tkellem dwar il-laqgħa li kellu lejlet l-elezzjoni mal-istess persuni fejn talab dokumenti.

Kien ikun tajjeb kieku dalgħodu l-Kap tal-Oppożizzjoni spjega x’ried jgħid biha li jekk riedu jiftħu l-pompa ‘jafu xi jridu jagħmlu’ kompliet l-istqarrija fejn temmet bis-sentenza li l-ħmieġ li ilu jisforza biex jitfa’ Simon Busuttil bin-negattività tiegħu, kollu ser jispiċċa wara biebu.

More in Politika