Il-gvern jilqa bil-ferħa l-aħbar li d-dipożiti fil-banek laħaq is-somma ta' €9.7 biljun skont l-istatistika tal-Bank Ċentrali. Il-gvern fi stqarrija qal li s-savings fid-diupożiti tal-bank minn meta tela' l-labour fil-gvern żied b'26% jiġifieri b'€2 biljuni minn Marzu 2013.
Dan ifisser li l-familji Maltin qed ifaddlu tliet darbiet aktar kuljum mill-medja li kienu jfaddlu fl-amministrazzjoni preċedenti. "Nilqgħu din l-aħħar konferma li l-familji qed igawdu l-frott tat-tkabbir ekonomiku ta' Malta," qal il-gvern. "Se nibqgħu kommessi li noħolqu aktar miżuri biex nikkrejaw u nqassmu l-ġid ħalli nkomplu intejbu s-sitwazzjoni soċjo ekonomika tal-familji."