Fenomenu ġdid li l-isptar Mater Dei qed jiffaċċja kriżi Xitwija fis-Sajf

140 sodda mblukkati minn anzjani li m'għandhomx fejn imorru. L-MAM tgħid li dan minħabba nuqqas ta' ppjanar

Il-Ġimgħa li għaddiet kullmin daħal emerġenza spiċċa fil-kuriduri u anke fit-teatri operatorji qalet l-assoċjazzjoni tat-tobba. Skont it-tobba l-istaff tal-isptar qed jagħmel minn kollox biex jlaħħaq mas-sitwazzjoni ta kriżi u stress fl-isptar fejn il-kundizzjonijiet huma ferm diffiċli. Dawn huma każi li normalment jiffaċċjawhom fix-xhur tax-Xitwa meta jkun hemm ħafna aktar każi ta' influwenza u mard iżda dan hu fenomentu ġdid li l-Isptar mater Dei qed jiffaċċja kriżi Xitwija fis-Sajf.

L-amministrazzjoni tal-isptar qed tatribwixxi din iż-żieda fil-pazjenti minħabba li żdiedu n-numru ta' operazzjonijiet. Barra li hemm numru konsiderevoli ta' anzjani li żviluppaw problemi mediċi minħabba din is-saħa qawwija. Iżda l-akbar problema hi li hemm numru ta' pazjenti li qed jistennew li jiġu trasferiti f'Homes tax-xjuh u spiċċaw jokkupaw is-sodod fil-Mater Dei. Fil-fatt skont l-MAM hekk 140 sodda li fihom hemm pazjenti li m'għandhom problemi akuti iżda li m'għandhomx fejn imorru. U dan skont l-MAM qed jiġri minħabba nuqqas ta' ppjanar fis-settur tal-anzjani. L-MAMA qalet li fortunatament il-maltin qed jgħixu aktar u għalhekk sptarijiet u djar għall-anzjani huma mimlija. "Din hi problema li trid tissolva b'miżuri fit-tul fejn servizzi fil-kommunitajiet iridju jitjiebu u li jiġu sapprotjati bie xjibqgħu fi djarhom jew f'akkomodazzjoni 'sheltered' " L-MAM qed titlob lill-awtoritajiet tas-saħħa biex jagħtu prijorita lis-settur tal-anzjani immedjatament.

 

 

More in Politika