Il-Prim Ministru sar alleat tal-familja Gaffarena magħqudin kontra l-PN - Busuttil

Simon Busuttil jgħid li dan hu gvern li ma jismax u qed iħallas il-wegħdi li għamel qabel l-elezzjoni

Il-Kap tal-oppożizzjoni fuq Radio 101 akkuża lil Partit Laburista li tela bl-għajta ta' gvern li jisma li ttarrax fejn jidħol il-poplu. Hu rreferea fuq l-istorja tal-Malta Today dwar Zonqor Point fejn Joseph Muscat  qal li se jibni parti mill-universita hemmhekk qalu x'qalu n-nies anke jekk jaf li jpatti għad-deċiżjoni tiegħu bil-voti li jistgħu jkunu kontra u jistgħu jkunu favurih u dan ifisser li hu mhux gvern li jisma anzi l-kontra li ma jismax.

Busuttil qal li l-PN se jagħmel pakkett ta' miżuri ta' governanza għal gvern nazzjonalista tal-futur biex jirrispondi għall-iskandli li qed ifeġġu kuljum taħt dan il-gvern. Hu qal li jrid joffri alternattiva u gvern aħjar minn dan li hawn bħalissa. Semma l-favuri li dan il-gvern qed iħallas lura għal wegħdiet li wiegħed biex jakkwista l-voti qabel l-elezzjoni. filwaqt li akkuża lil gvern bħala wieħed korrott u ddeskriva lil Prim Ministru li sar alleat tal-familja Gaffarena magħqudin kontra l-Partit Nazzjonalista.

 

More in Politika