Se jirreżenja jew le l-Prim Ministru Libjan?

Kaos u taħwid hekk kif kelliem tal-Gvern Libjan jgħid li Al Thinni se jibqa'

Il-Prim Ministru rikonoxxut Libjan Al Thinni
Il-Prim Ministru rikonoxxut Libjan Al Thinni

Qed iqumu dubji dwar ir-riżenja li ħabbar il-Prim Ministru Al Thinni fuq stazzjon tat-TV Libjan hekk kif bosta siti qed jirraportaw kif kelliem għall-Gvern ta' Tobruk Hatem Al Arabi qal illi Al Thinni fil-fatt se jibqa' fil-pożizzjoni tiegħu. Al Arabi sostna mar-Reuters li Al Thinni, fil-fat,t ried jgħid illi huwa jirreżenja kemm il-darba il-poplu fit-triq hekk ikun irid. 

Minkejja dan, Al Thinni mhux hekk qal eżattamentl. Fil-fatt ma' stazzjon privat tat-TV Libjan huwa stqarr illi "jiena se nirreżenja b'mod uffiċjali u se nissottometti r-riżenja tiegħi nhar il-Ħadd li ġej". Dan inqala' hekk kif il-programm wera' numru ta' Libjani jipprtestaw u jikkritikaw lill-Gvern tiegħu fuq diversi kwistjonijiet, fosthom is-sigurta, b'Al Thinni rrapurtat jgħid illi n-nies m'għandhomx għalfejn jipprotestaw għax hu kien se jirreżenja.

"Jekk irirdu n-nies iġibu Prim Ministru ġdid li jsolvi l-problemi kollha b'bakketta maġika", temm jgħid Al Thinni. Il-Kritika ewlenija hija li l-Gvern ta' Al Thinni huwa ineffettiv, anke jekk huwa l-Gvern li hu rikonoxxut internazzjonalment. Ta' min ifakkar li l-Gvern tiegħu kien mneħħi minn Tripli minn gruppi armati li wara ffurmaw il-Gvern ta' Tripli li minkejja li m'għandux ir-rikonoxximent internazzjonali, fil-Libja għandu ħafna iktar art u riżorsi, fosthom il-maġġoranza tal-bjar taż-żejt u anke l-ajruport ta' Tripli. 

More in Politika