Il-Partit Nazzjonalista fi stqarrija nnota li minkejja l-wegħdiet tal-Partit Laburista li malli jilta’ fil-Gvern tiġi eradikata d-droga fil-ħabs, sentejn u nofs wara, għadha tinstab id-droga fiċ-ċelel tal-Faċilita’ Korrettiva ta’ Kordin. Żviluppi bħal dawn, kompla jg]id il-PN, jikkonfermaw kemm il-Partit Laburista falla fil-wegħda tiegħu li jeqred id-droga mill-ħabs filwaqt li huwa urġenti li l-bniedem li jmexxi l-Ħabs ikun wieħed serju
L-istqarrija tg]id ukoll li l-bniedem li dan il-Gvern ħatru biex imexxi l-Ħabs, Ray Zammit, mhuwiex denju ta’ dan ir-rwol, wara li nstab ħati li abbuża mill-poter kemm fil-cover-up tal-isparatura tax-xufier ta’ Manuel Mallia, kif ukoll meta daħal f’negozju ma’ Gaffarena waqt li hu membru tal-Korp tal-Pulizija.
Il-pożizzjoni ta’ Ray Zammit fit-tmexxija tal-Ħabs hija waħda perikoluża fid-dawl tar-relazzjoni perikoluża li teżisti bejn Kastilja, il-Pulizija, u l-kriminalita’.