Attent kif titkellem meta tmur it-Tajlandja

...persuna għadha kif ingħatat sentenza ta' 30 sena ħabs talli insultat lill-monarkija

Ir-Re Bhumibol Adulyadej u r-Reġina Sirikit tat-Tajlandja
Ir-Re Bhumibol Adulyadej u r-Reġina Sirikit tat-Tajlandja

It-Tajlandja (Thailand) qed issir destinazzjoni ferm popolari ma' bosta Maltin illum, speċjalment maż-żgħażagħ u mal-avventurużi. Allura jkun tajjeb li dawk kollha li beħsiebhom imorru f'dan il-pajjiż joqgħodu ferm attenti. Tinsultawx jew tidhrux li b'xi mod qed tiddieħku b'membri tal-Monarkija tat-Tajlandja li stampi tagħhom tista ssibhom f'diversi toroq fl-ibliet Tajlandiżi. 

Tant jieħdu insult jew daħk bil-monarkija ħażin fit-Tajlandja illi persuna weħlet 30 sena waqt li oħra weħlet 28 sena talli b'xi mod insultaw lill-membri tal-Monarkija Tajlandiża. Proprjament Ponsak Sriboonpeng weħel 60 sena ħabs, liema sentenza kienet mnaqqsa bin-nofs meta dan ammetta li huwa ħati quddiem il-Qorti. Dan weħel din is-sentenza wara numru ta' statuses li kiteb fuq is-sit soċjali Facebook. Intant mara minn Chiang Mai, post popolari ħafna mat-turisti, ingħatat is-sentenza ta' 28 sena wara li kitbet seba' statuses fuq Facebook kontra l-familja Rjali. 

Mill-2014 lil hawn kienu akkużati b'kollox 51 persuna fit-Tajlandja b'rabta ma' insulti Rjali

Mill-2014 lil hawn kienu akkużati b'kollox 51 persuna fit-Tajlandja b'rabta ma' insulti Rjali. Huwa għalhekk importanti li jekk għandek pjan jew vaganza pjanata fit-Tajlandja tiftakar li meta tara ritratti jew xbiehat li jissimbolizzaw lill-familja Rjali Tajlandiża turi l-akbar rispett, minflok tilgħaba tal-bully biex mingħalik iddaħħaq. Għax tispiċċa tibqa' fit-Tajlandja ġo ħabs.   

More in Politika