"Il-Labour ma jistax imur lura għal-80's"

Andy Burnham jgħid li l-Partit Laburista Ingliż ma jistax jerġa jħalli  l-eredi ta' Margaret Thatcher jirromblaw minn fuq il-Partit

Il-kandidat Laburista Ingliż għat-tmexxija gtal-Partit Andy Burnham
Il-kandidat Laburista Ingliż għat-tmexxija gtal-Partit Andy Burnham

Hekk kif għaddejja t-taqtiegħa fil-Partit Laburista Ingliż għal min se jmexxih, qed tkompli tiħrax il-kritika lejn il-kandidat Jeremy Corbyn. Bosta qed jibżgħu illi b'Corbyn fuq quddiem il-Partit Laburista Ingliż se jersaq wisq lejn ix-xellug, xi ħaġa li l-eks-Prim Ministru u Mexxej Laburista Ingliż Tony Blair kien wissa li tista tfisser illi l-Partit jibqa' fl-oppożizzjoni. 

Issa kien imiss lill-Kandidat Andy Burnham li wissa f'Manchester illi l-Labour ma jistax jerġa jmur lura għas-snin 70 u 80 "imma għandu bżonn jiftaħ moħħu għal ideat radikali li jistgħu jqajmu mill-ġdid id-demokrazija fil-pajjiż". Huwa ikkritika l-pożizzjoni ta' Corbyn dwar il-futur tar-Renju Unit fl-Unjoni Ewropea u l-idea l-oħra tiegħu li jkunu stampati l-flus biex isiru proġetti infrastrutturali. 

Burnham qal illi hu mhux se jħalli lill-Partit imur lura għat-tmeninijat "meta konna iktar interessati li niġġieldu lil xulxin, filwaqt li Margaret Thatcher tħalliet tirrobmbla il-komunitajiet Laburisti, minn fuq s'isfel tal-pajjiż." 

Il-biegħa qed tkompli tisħon b'reżistenza qawwija kontra Corbyn, li s'issa jidher il-favorit fost il-kandidati għat-tmexxija tal-Partit Laburista Ingliż. Il-biża hija li Corbyn iressaq lill-istess partit wisq lejn ix-xellug u b'hekk jiġi simili ħafna t' partiti bħas-Syriza fil-Greċja. Corbyn jagħmilha ċara u huwa tal-fehma li ma tistax tkun Laburist jekk ma tkunx xellugi. 

More in Politika