Wara xhur ta’ diskussjonijiet u konsultazzjoni il-Gvern illum ħabbar tibdiliet kbar fil-proġett tal-Universita’ Amerikana ta’ Malta (AUM) li jinkludu iċ-ċaqlieq tal-proġett mis-sit propost fiż-Żonqor għal ieħor fl-istess żona u kampus tal-istess Universita’ f’Bormla.
Fiż-Żonqor il-kampus se jsir fejn hemm il-pixxina llum, b’dik preżenti timxi fejn hemm il-piċċ tal-waterpolo bħalissa. Dan ifisser li l-art barra ż-żona ta’ żvilupp (ODZ) li se tkun qed tittieħed minn dan il-proġett, se jkun qed jieħu 80% inqas art ODZ u mhux se jkun qiegħed imiss l-ebda art agrikola fl-istess żona.
Intant il-parti l-oħra tal-Universita’ Amerikana se tkun qed issir fil-British Building f’Bormla. Dan il-bini huwa dak li jmiss mad-dawra tal-Baċir Numru 1 u li bħalissa għadu fi stat ta’ abbandun. Il-Gvern għażel dan is-sit f’Bormla, primarjament biex ikompli jirriġenera ż-żona .
(Bħalissa għaddejja konferenza tal-Aħbarijiet f'Kastilja dwar il-bidliet tas-sit tal-Universita' Amerikana ta' Malta. Aktar dettalji fil-ħin li ġej).