Fl-ewwel reazzjoni tiegħu il-PN u l-midja tiegħu qal li dwar il-bidliet fil-proġett tal-Universita' Amerikana il-Gvern u l-Prim Ministru għaffġuha u li Muscat qed ibażwar. Dan anke jekk fl-ewwel reazzjonijiet tagħhom uħud mill-aktar nies li opponew il-proġett kif propost orġinarjament esprimew sodisfazzjon għall-fatt li 80% mill-art ODZ li kienet se tkun żviluppata issa kienet meħlusa minn kull żvilupp. Il-bidliet jinkludu wkoll parti mill-Kampus tal-Universita' li se ssir fil-Baċir Nru.1 f'Bormla.
Fl-istqarrija tiegħu il-PN jgħid illi "Muscat ma kellu l-ebda għazla oħra ħlief li jerġa’ jippjana l-proġett kollu mill-ġdid wara li kien spiċċa iżolat. Hija ħasra li l-unika soluzzjoni li kellu Muscat biex ma jużax art li hija ekoloġikament sensittiva, hi li xorta jibni fuq art ODZ."
Minkejja dan il-PN qal li l-mertu tal-bidliet mħabbrin huma tiegħu, tas-soċjeta ċivili u tal-ambjentalisti.
Fl-ewwel kummenti tagħhom kemm Marlene kif ukoll Godfrey farrugia, li kienu fuq quddiem nett kontra l-proposta oriġinali, esprimew sodisfazzjon u qalu li din hija rebħa, kompromess u bilanċ. Ma' dan is-sit Godfrey Farrugia sostna illi dan kien ir-riżultat li hu ħadem għalih meta ipprotesta kontra l-iżvilupp oriġinali. Intant il-Front għall-Ħarsien tal-ODZ innota t-titjib fil-bidliet, għalkemm saħaq li l-ebda bini m'għandu jsir fuq art ODZ filwaqt li s-Sindku ta' Bormla laqgħet il-proġett b'mod pożittiv ħafna ma' dan is-sit.
Minn naħa tiegħu il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Simon Busuttil qal li din l-aħbar hija attentat ta' devjazzjoni mill-iskandli li qed jiffaċċja l-Gvern