Il-Prim Ministru Joseph Muscat dalgħodu niżel ħdejn il-Baċir Numri 1 f’Bormla fejn ilbieraħ il-Gvern ħabbar li se jsir parti mill-Kampus tal-Universita’ Amerikana ta’ Malta. Hawnhekk huwa ntlaqa b’entużjażmu kbir u ċapċip minn folla mdaqqsa ta’ nies.
F’indirizz qasir lill-midja preżenti Muscat qal illi issa wasal iż-żmien li jibda l-proċess biex il-proġett ikun jista jibda fiż-żmien li ġej.Huwa fakkar kif dan kien l-akbar proċess ta' konsultazzjoni li qatt wettaq Gvern filwaqt li qal ukoll li r-rispons tan-nies kien pożittiv ħafna dwar il-proġett s’issa. Il-Prim Ministru spjega kif diġa bdew diskussjonijiet mar-residenti fuq kwistjonijiet li jistgħu jkunu ta’ tħassib għalihom bħat-traffiku u l-parkeġġ.