'Niltaqgħux wiċċ imb'wiċċ ħa nqarbnek bi snienek stess'

L-eks-Sindku ta' San Pawl il-Baħar Ray Tabone itella posts fuq il-FB b'thedid fil-konfront tiegħu u jgħid illi xi ħadd waddab ġebla fid-direzzjoni tad-dar t'ommu 

Messaġġi ta' thedida lill-eks-Sindku Laburista
Messaġġi ta' thedida lill-eks-Sindku Laburista

L-eks-Sindku Laburista ta' San Pawl il-Baħar Ray Tabone qed jallega li kien mhedded bi vjolenza fil-konfront tiegħu fuq is-sit Facebook u sussegwentement xi ħadd mhux magħruf waddab ġebla kbira fid-direzzjoni tad-dar t'ommu fejn hu jgħix. 

Messaġġi ta' thedid lill-eks-Sindku Laburista Ray Tabone
Messaġġi ta' thedid lill-eks-Sindku Laburista Ray Tabone

F'post li Ray Tabone tefa' fuq Facebook huwa tella ritratt ta' post fuq Facebook li kienet tgħid hekk ;"Jekk immurx quddies jew le mhux afari tiegħek ja pu**a bla linfa. Nintaqawx wiċċ imb'wiċċ ħa nqarbnek bi snienek stess. Tidher li int wieħed minn tar-raba sular ja baħnan"

Post ieħor li tella Tabone ndidrizzat lil Tabone jerġa jagħmel l-istess thedida filwaqt li jgħidlu "oqgħod indanna hemm waħdek. L-aqwa li l-kunsill erġajna ħadnieh bħalma ħa nieħdu l-Gvern ku**ut kollok 

 

More in Politika