Busuttil irid li d-data biex jiltaqa l-kumitat tas-sigurta dwar il-każ ta' Joe sammut u l-visas li ħareġ għal Libjani issir b'mod urġenti. Dan wara li Muscat iffissa d-data bie xjiltaqa il-kumitat li għalih stieden lil Simon Busuttil għall-10 ta' Settembru. Il-kap tal-oppożizzjoni ma qabilx ma' din id-data u talab lil Prim Ministru biex ilaqqa dan il-kumitat ħafna qabel l-10 ta' Settembru. Busuttil qal li d-data proposta se tkun aktar minn tliet ġimgħat minn meta Joe Sammut ittella l-qorti. "Din hi kwistjoni li taffetwa s-sigurta tal-pajjiż u ma tista xtistenna ġimgħat," qal Busuttil.