"Hemm bżonn inħarsu lejn il-mera u nistaqsu lilna nfusna kif nistgħu ngħinu" qal il-prim ministru Fillandiż Juha Sipila. Qal ukoll li l-Unjoni Ewropea irid ikollha pjan kif se tilqa l-120,000 refuġjat li qed jaslu fil-Greċja, l-Italja u l-Ungerija u kif jistgħu jitqassmu fil-pajjiżi l-oħra fejn hu jemmen li l-pajjiżi għandhom jgħinu b'mod volontarju u mhux ikunu kostretti jagħmlu dan.
Qed jispera li l-Fillandja tkun ta' eżempju billi l-bieraħ stess żiedet l-istima għan-numru li se tilqa fil-pajjiż ta' refuġjati li issa jlaħħqu għal 30,000. Il-ġimgħa d-dieħla l-president tal-Kummissjoni Ewropeja, Jean Claude Juncker se jiżvela l-pjanijiet ġodda biex jitqassmu r-refuġjati madwar l-istati Ewropej kollha.