Simon Busuttil u l-Oppożizzjoni tiegħu jibqgħu jkunu negattivi - Muscat
Il-Prim Ministru jgħid li l-Ikbar tkabbir ekonomiku rreġistrat f’10 snin sħaħ, 4 darbiet aktar mill-medja Ewropea
More in Politika
Il-Prim Ministru jgħid li l-Ikbar tkabbir ekonomiku rreġistrat f’10 snin sħaħ, 4 darbiet aktar mill-medja Ewropea
Waqt kollegament telefoniku fuq ONE, il-Prim Ministru u Mexxej tal-Partit Laburista Joseph Muscat saħaq li meta s-sena l-oħra ħarġet l-istatistika li l-ekonomija kibret b’4%, ħafna ħasbu li dan kien l-aktar li setgħet tikber l-ekonomija, dan għax konna drajna mod ieħor, u għalhekk ħasdet bil-bosta, meta issa l-ekonomija tagħna fit-tieni kwart ta’ din is-sena, mhux biss żammet r-ritmu ta’ 4% iżda kibret f’termini reali b’5.2%. Dan huwa l-ikbar tkabbir ekonomiku rreġistrat f’Malta f’10 snin sħaħ, 4 darbiet aktar mill-medja Ewropea, fejn illum ħafna pajjiżi Ewropej huma kuntenti li għandhom tkabbir ta’ 0.5%, qal Joseph Muscat.
Dan qed iwassal ukoll għal tnaqqis fil-qgħad, saħaq Dr Muscat filwaqt li fakkar kif dan il-Gvern wiret sitwazzjoni fejn il-qgħad kien mess kważi t-8,000 ruħ, sitwazzjoni li issa inbidlet għal 5,000 ruħ bla xogħol, iżda xorta għad fadlilna x’nagħmlu, għad hemm min m’għandux xogħol u forsi min mhux qed jitħallas bizzejjed, tenna l-Prim Ministru. Il-Mexxej Laburista stqarr li llum għandna l-inqas rata ta’ qgħad fl-istorja, fejn preżentament għandna t-tieni l-inqas rata ta’ qgħad fl-Unjoni Ewropea kollha u qatt daqs illum fl-istorja tal-pajjiż ma kien maħluq daqshekk xogħol.
B’dan kollu l-Oppożizzjoni xorta qed tipprova tkun negattiva, tipprova titkellem fuq affarijiet minflokk tirikonoxxi s-suċċess ekonomiku, illum qed jikkritikawna għax qed indaħħlu għalliema, LSA’s, infermiera u tobba, mur ġibna ma ndaħħlux l-istudenti li qed jistudjaw għal nurses jew ma ndaħħlux LSA’s biex jgħinu l-istiudenti fil-klassijiet qal Joseph Muscat. Il-Mexxej Laburista tenna li llum l-Oppożizzjoni hija maqsuma, fazzjoni mmexxija minn Beppe Fenech Adami li ħakmet lill-Partit Nazzjonalista bin-negattività f’kull ħaġa u fazzjoni li qegħdin jiddejjqu b’dan kollu, u li jridu jkunu aktar pożittivi minkejja li jikkritikaw. Illum l-Oppożizzjoni spiċċat qas tagħmel distinzjoni bejn Korea ta’ Fuq u Korea ta’ Isfel u Kap tal-Oppożizzjoni li jdum ġimagħtejn biex iwieġeb mistoqsija u mbagħad it-tweġiba tkun biss prova ta’ ħafna paroli u xejn fatti, aċċenna għalih Dr Muscat.
Min-naħa tagħna aħna ħa nkomplu għaddejjin fuq l-ekonomija, fuq il-qasam tal-enerġija fejn qegħdin fl-aħħar partijiet għal proġetti barra minn Malta għal Enemalta, din min kumpanija falluta, fejn illum qegħdin fil-final biex nibdew ftehimi bi sħab mal-partners Ċiniżi biex ninvestu f’pajjiżi oħra. Differenza fejn minn kumpanija mażra, illum għandna mutur ekonomiku, kumpanija li se ssir saħħa reġjonali, spjega l-Prim Ministru.