Ridley Scott jikkjarifika kumment li għadda dwar Malta, il-'ġawra fil-Mediterran'

Id-direttur Ridley Scott faħħar l-importanza kulturali u artistika ta' Malta, u qal li 'Malta hija post ta' ispirazzjoni' għalih. Żied jgħid li jittama li l-kultura u t-tradizzjonijiet jiġu protetti għal ġenerazzjonijiet futuri

(Ritratt ta' Rene Rossignaud)
(Ritratt ta' Rene Rossignaud)

Wara kumment li ħoloq kontoversja f'Malta, id-direttur magħruf Ridley Scott ħareġ spjegazzjoni dwar dak li qal dwar Malta, u deskriviha bħala "ġawra fil-Mediterran."

Il-kumment oriġinarjament sar waqt intervista mal-kollega tiegħu, id-direttur Christopher Nolan, meta Scott qal li "ma jirrakkmandax li tmur Malta għall-vaganzi." Dan il-kumment xpruna kontroversja immedjata minn diversi persuni pubbliċi.

L-MP Adrian Delia kkundannat il-kumment ta' Scott bħala "bla rispett" waqt li d-delegat tal-Partit Laburista Jason Micallef esprima l-istess sentimenti. Il-Partit Nazzjonalista imbagħad prova jagħmel pressjoni fuq Johann Grech, il-Kummissjoni tal-Films, u talab ir-riżenja tiegħu.

Fl-immaniġġar ta' din il-kontoversja, Scott esprima "li din kienet ċajta, li sfortunatament intilef." Huwa enfasizza r-relazzjoni qaribha li għandu mal-gżira u qal, "qattajt tant ħin fuq l-gżira matul is-snin – għal xogħol, esplorazzjoni, gost, u osservazzjoni ta’ kif inbidlet u evolviet, tant li m'għandiex bżonn nieħu vaganza hemm"

Scott kompla jfaħħar l-importanza kulturali u artistika ta' Malta, u qal li "Malta hija post ta' ispirazzjoni" huwa żied jgħid li jittama li l-kultura u t-tradizzjonijiet tagħha jiġu protetti għal ġenerazzjonijiet futuri. Id-direttur esprima wkoll apprezzament għas-sapport li rċieva mill-Kummissjoni tal-Films ta' Malta, speċjalment lil Johann Grech u t-tim tiegħu.

Scott għandu storja twila ma' Malta, b'erba' proġetti kbar iffilmjati fuq il-gżira matul is-snin, li jinkludu White Squall, Gladiator, Napoleon u Gladiator II. Ir-relazzjoni tiegħu mal-gżira kienet kruċjali għall-vjaġġ kreattiv tiegħu, li rriżulta f'films ikoniċi.

Minkejja l-kontroversja, l-imħabba ta' Scott għal Malta u għall-poplu Malti tibqa' ċara, hekk kif jgħid li qed jistenna l-kontinwazzjoni tal-ħidma tiegħu fuq il-gżira.

More in Politika